10.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/25
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2016 – Cotecnica vs EUIPO – Visán Industrias Zootécnicas (cotecnica OPTIMA)
(Kawża T-465/16)
(2016/C 371/27)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Cotecnica, SCCL (Bellpuig, Spanja) (rappreżentanti: J. Devaureix, J. C. Erdozain López, u J. Galán López, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Visán Industrias Zootécnicas, SL (Arganda, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “cotenica OPTIMA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 292 479
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 229/2016-2
Talbiet
—
tilqa’ l-provi li ġew proposti;
—
tannulla u tikkonstata mingħajr effett id-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari, is-sentenza tal-20 ta’ Jannar 2009 fil-Kawża T-427/07, Pioneer Hi-Bred International vs UASI (OPTIMUM).
Full & Egal Universal Law Academy