10.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/25
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2016 – NRW.Bank vs SRB
(Kawża T-466/16)
(2016/C 371/28)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: NRW. Bank (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Behrens, J. Kraayvanger u J. Seitz, avukati)
Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut dwar il-kontribuzzjoni annwali tar-rikorrenti għall-fond ta’ ristrutturazzjoni għas-sena ta’ kontribuzzjoni dekorribbli mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2016;
—
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 103(2) u (7) tad-Direttiva 2014/59/UE (1) u tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (2).
Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tal-konvenut dwar il-kontribuzzjoni annwali tagħha hija illegali peress li, sabiex tnaqqas il-kontribuzzjoni, hija tieħu inkunsiderazzjoni biss in-negozju ta’ żvilupp tar-rikorrenti u mhux dak tal-iżvilupp awżiljarju tagħha wkoll. Minħabba f’hekk, il-kontribuzzjoni annwali tar-rikorrenti għall-fond tal-istrutturazzjoni għas-sena ta’ kontribuzzjoni dekorribbli mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2016 ġiet stabbilita f’livell għoli wisq.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tar-Regolamenti li jimplementaw id-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru 806/2014, li, skont dawn l-atti leġiżlattivi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprivileġġaw ukoll lin-negozju ta’ żvilupp awżiljarju.
3.
It-tielet motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq l-illegalità tar-Regolamenti li jimplementaw id-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru 806/2014.
F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti ssostni li fil-każ li interpretazzjoni tar-regolamenti ta’ implementazzjoni skont id-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru 806/2014 ma tkunx possibbli, ir-regolamenti ta’ implementazzjoni jkunu, minħabba f’hekk, illegali. Konsegwentement, id-deċiżjoni tal-konvenut ibbażata fuq dawn ir-regolamenti ta’ implementazzjoni tkun ukoll illegali.
(1) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Mejju 2014, li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU 2014, L 173, p. 190).
(2) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Lulju 2014, li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy