17.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/19
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2016 – Flir Systems Trading Belgium vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-467/16)
(2016/C 383/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Flir Systems Trading Belgium (Meer, il-Belġju) (rappreżentati minn: N. Reypens, C. Docclo u T. Verstraeten, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tgħaqqad din il-kawża u l-Kawża T-131/16 minħabba l-konnessjoni bejniethom, għall-finijiet tal-parti orali tal-proċedura u tas-sentenza;
—
tqis ammissibbli u tilqa’ t-talbiet għal annullament imqajma f’dan ir-rikors;
—
tannulla l-Artikoli 1 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata (1);
—
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn ma jipprovdix miżuri tranżiorji;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq allegat żball manifest fl-identifikazzjoni tal-atti legali li jipprovdu għall-allegata għajnuna mill-Istat u żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament Nru 2015/1589 (2).
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ fatt fid-deskrizzjoni tal-iskema ta’ referenza, żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-analiżi tagħha u żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE u l-Artikolu 1(a) tar-Regolament Nru 2015/1589.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq żball fl-evalwazzjoni tal-vantaġġ ekonomiku u żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE u l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2015/1589.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball fl-evalwazzjoni tas-selettività neċessarja sabiex l-iskema inkwistjoni tiġi kkwalifikata bħala għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) TFUE u l-Artikolu 1(a) tar-Regolament Nru 2015/1589 u żball ta’ evalwazzjoni fl-analiżi tal-mekkaniżmi tal-iskema inkwistjoni.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni fl-analiżi tal-ġustifikazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-iskema kkontestata.
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-allegat vantaġġ miksub mill-iskema inkwistjoni u nuqqas ta’ preċiżjoni fl-eżami tal-iskema inkwistjoni.
7.
Is-seba’ motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-aspettattivi leġittimi tal-persuni suġġetti għall-ħlas tat-taxxa u taċ-ċertezza legali.
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat permezz ta’ eżenzjoni għall-profitt eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implementata mir-Renju tal-Belġju.
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589, tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).