19.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 475/17
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2016 – OP vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-478/16)
(2016/C 475/27)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: OP (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Conrad, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda u d-deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tal-konvenuta tas-16 u tat-30 ta’ Settembru 2016 [ref. Ares (2016) 5716994] li tiddeċiedi dwar ir-rikors amministrattiv ippreżentat mir-rikorrenti fis-17 ta’ April 2016, konformement mal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003, intiż għall-kontroll tal-legalità tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka tat-18 ta’ Marzu 2016 [ref. Ares (2016) 1371979], li waslet għand ir-rikorrenti fit-28 ta’ April 2016, sa fejn it-talba għal sussidju mressqa mir-rikorrenti fit-28 ta’ April 2016 (Nru 716017 – QUASIMODO) fil-kuntest tal-Programm Qafas “Horizon 2020”, programm ta’ ħidma tal-KER 2016 (ERC Starting Grant), tqieset li hija inadegwata u ġiet miċħuda;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt tar-rikorrenti għall-kontroll tal-legalità tal-atti tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka mill-konvenuta, peress li din tal-aħħar ma weġbitx għar-rikors amministrattiv ippreżentat mir-rikorrenti fit-terminu previst fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 (1).
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-illegalità taċ-ċaħda tat-talba għal sussidju tar-rikorrenti
—
Ir-rikorrenti ssostni li ċ-ċaħda tar-rikors amministrattiv tar-rikorenti hija wkoll illegali, peress li d-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal sussidju tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka hija, hija stess, illegali.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003, tad-19 ta’ Diċembru 2002, li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 235).