17.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/22
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2016 – Colgate-Palmolive vs EUIPO (AROMASENSATIONS)
(Kawża T-479/16)
(2016/C 383/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Colgate-Palmolive Co. (New York, New York) (rappreżentanti: M. Zintler, A. Stolz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni figurattiva li tinkludi l-element verbali “AROMASENSATIONS”) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 198 824
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 2482/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata inkwantu tiċħad l-appell sa fejn huwa bbażat fuq l-Artikolu 7(1)(b);
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba.
Full & Egal Universal Law Academy