31.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/50
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2016 – Lidl Stiftung vs EUIPO – Amedei (For you)
(Kawża T-480/16)
(2016/C 402/59)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Berger, M. Wolter, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Amedei Srl (Pontedera, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “For you” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 267 571
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ April 2016 fil-Każ R 851/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 2 342 452 imressqa kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 267 571;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż;
—
tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż sostnuti matul il-proċedimenti quddiem l-EUIPO.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.