24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/45
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2016 – Sicignano vs EUIPO – Inprodi (GiCapri “a giacchett’e capri”)
(Kawża T-619/16)
(2016/C 392/59)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Pasquale Sicignano (Santa Maria la Carità, l-Italja) (rappresentanti: A. Masetti Zannini de Concina, M. Bucarelli, G. Petrocchi, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Inghirami Produzione Distrinuzione SpA (Inprodi) (Milano, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “GiCapri ‘a giacchett'e capri’” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 512 778
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 806/2015-5
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 806/2015-5 li permezz tagħha l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni 12512778 tat-trade mark kumplessa “GiCapri a giacchett’e capri” kienet ġiet miċħuda għall-klassijiet ta’ prodotti 18, 25 u 35 u, konsegwentement, taċċetta r-reġistrazzjoni;
—
tikkundanna lill-EUIPO li tirrimborsa lir-rikorrent l-ispejjeż, id-drittijiet u l-onorarji kollha relatati ma’ din il-proċedura.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy