24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/46
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2016 – České dráhy vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-621/16)
(2016/C 392/60)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: České dráhy (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: K. Muzikář, J. Kindl, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2016) 3993 finali tat-22 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ AT.4041 – Twins, li tordna spezzjoni skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata fuq il-bażi ta’ dokumenti miksuba matul spezzjoni preċedenti effettwata fil-post tal-kummerċ ta’ České dráhy fuq il-bażi ta’ deċiżjoni illegali. Il-Kummissjoni Ewropea ma setgħatx fil-fatt tuża d-dokumenti hekk miksuba, u lanqas ma setgħat tagħmel dan wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata f’dan ir-rikors.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-dokumenti li fuq il-bażi tagħhom ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata kienu inkisbu mill-Kummissjoni Ewropea matul spezzjoni preċedenti, u dan barra mill-kuntest ipprovdut mis-suġġett tal-ispezzjoni, jiġifieri illegalment.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata u l-ispezzjoni relatata tal-Kummissjoni Ewropea jikkostitwixxu indħil sproporzjonat fl-isfera privata tar-rikorrenti. Fil-fatt, il-Kummissjoni Ewropea adottat id-deċiżjoni kkontestata mingħajr dokumenti legalment ammissibbli, peress li ddefinixxiet is-suġġett tal-ispezzjoni, b’mod wiesa u li ma huwiex aċċettabbli, u aġixxiet lil hinn mis-setgħa tagħha ta’ investigazzjoni.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tiddefinixxi b’mod insuffiċjenti s-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni, peress li, fost l-oħrajn, hija tiddefinixxi l-perijodu intiż għall-ispezzjoni, b’mod wiesa u li ma huwiex aċċettabbli, u peress li d-deċiżjoni ma hijiex debitament immotivata.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata u l-ispezzjoni li sussegwentement twettqet, b’mod illeċitu interferixxew fid-drittijiet u fil-libertajiet fundamentali tar-rikorrenti hekk kif huma ggarantiti mill-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (jew mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali) u mill-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (jew mill-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali).
Full & Egal Universal Law Academy