31.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/53
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2016 – Shoe Branding Europe vs EUIPO – adidas (Device of two parallel stripes on a shoe)
(Kawża T-629/16)
(2016/C 402/62)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Shoe Branding Europe BVBA (Oudenaarde, il-Belġju) (rappreżentati minn: J. Løje, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: adidas (Herzogenaurach, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: pożizzjoni ta’ marka (apparat ta’ żewġ strixxi paralleli fuq żarbun) –Trade mark tal-UE Nru 8 398 141
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-08/06/2016 fil-Każ R 597/2016-2
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv(i) invokat(i)
—
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Distorsjoni tal-fatti.