14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/48
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2016 – Wabco Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-637/16)
(2016/C 419/64)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wabco Europe (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: E. Righini u S. Völcker, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara r-rikors għal annullament bħala ammissibbli;
—
tannulla d-deċiżjoni totalment jew parzjalment (1); u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u ta’ fatt fl-identifikazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna mill-Istat u fil-klassifikazzjoni tagħha bħala skema ta’ għajnuna;
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u ta’ fatt meta qieset il-miżura bħala miżura selettiva fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE;
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u ta’ fatt meta qieset li l-miżura kienet tikkonferixxi vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE;
4.
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE, safejn il-Kummissjoni mmotivat id-deċiżjoni tagħha b’mod inadegwat u kuntradittorju;
5.
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, safejn il-Kummissjoni ma eżaminatx bir-reqqa u b’imparzjalità, l-elementi kollha tal-każ ineżami;
6.
Is-sitt motiv huwa bbażat fuq użu ħażin ta’ poter imwettaq mill-Kummissjoni, safejn din tal-aħħar stabbilixxiet il-prinċipju tagħha ta’ kompetizzjoni sħiħa permezz ta’ deċiżjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat.
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9837 finali, tal-11 ta’ Jannar 2016, fil-każ tal-għajnuna mill-Istat SA.37667 – Eżenzjonijiet mill-profitti eċċessivi fil-Belġju.
Full & Egal Universal Law Academy