24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/48
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2016 – Deichmann vs EUIPO – Vans (Rappreżentazzjoni ta’ strixxa mal-ġenb ta’ żarbuna)
(Kawża T-638/16)
(2016/C 392/63)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deichmann SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Onken, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vans, Inc. (Cypress, California, l-Istati Uniti tal-Amerika)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark ta’ pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ strixxa mal-ġenb ta’ żarbuna) – Deċiżjoni Nru 10 263 895
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 408/2015-4
Talbiet
—
temenda d-deċiżjoni kkontestata fis-sens li tannulla d-deċiżjoni tad-diviżjoni tal-oppożizzjoni tat-23 ta’ Diċembru 2014, tilqa’ l-oppożizzjoni B 001919210 u tiċħad it-trade mark ta’ pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea Nru 10 263 895;
—
sussidjarjament: tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 408/2015-4;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tar-Regoli 19(2) u 20(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95, tal-Artikolu 151(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009, kif ukoll tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ nuqqas ta’ retroattività.
Full & Egal Universal Law Academy