14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/49
Appell ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2016 minn FV mis-sentenza mogħtija fit-28 ta’ Ġunju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-40/15, FV vs Il-Kunsill
(Kawża T-639/16)
(2016/C 419/65)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: FV (Rhode-St-Genèse, il-Belju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tat-28 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawża F-40/15;
—
konsegwentement, tilqa’ t-talbiet tal-appellant fl-ewwel istanza u, għaldaqstant;
—
tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni stabbilit għall-appellant għas-sena 2013;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż;
—
tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.
1.
L-ewwel aggravju, ibbażat fuq il-fatt li s-sentenza appellata ingħatat minn kulleġġ ġudikanti li rriżulta minn ksur tal-Artikolu 27(3) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
L-appellant iqis li l-imsemmi ksur huwa kkaratterizzat mill-fatt li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2016/454, tat-22 ta’ Marzu 2016, li taħtar tliet Imħallfin fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, hija fiha nnifisha vvizzjata minn nuqqas ta’ kompetenza, minn ksur tal-Artikoli 257 u 281 TFUE, minn ksur tal-Anness I tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, minn ksur tal-Artikolu 13(2) TUE u minn ksur tad-Deċiżjoni 2005/150/KE, tat-18 ta’ Jannar 2015, dwar il-kondizzjonijiet u l-modalitajiet li jiggvernaw il-preżentazzjoni u l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal ħatra bħala mħallef tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea.
2.
It-tieni aggravju, ibbażat fuq il-ksur tal-istħarriġ, mill-ewwel Imħallef, tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, tal-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni impost fuq l-appellat, tal-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-ewwel Imħallef, tal-iżnaturament tal-proċess u tal-ksur tal-manwal ta’ evalwazzjoni.
3.
It-tielet aggravju, ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura u fuq l-iżnaturament tal-proċess.
Full & Egal Universal Law Academy