24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/50
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2016 – Iame vs EUIPO – Industrie Aeronautiche Reggiane (Parilla)
(Kawża T-642/16)
(2016/C 392/65)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Iame SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: M. Mostardini, G. Galimberti, F. Mellucci, R. Kakkar, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Industrie Aeronautiche Reggiane Srl (Reggio Emilia, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “Parilla” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 3 065 182
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 608/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata minħabba ksur tal-Artikolu 51 tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn din id-deċiżjoni ċaħdet l-appell R0608/2015-1 u kkonfermat ir-revoka minħabba nuqqas ta’ użu tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Parilla” Nru 3065182, li IAME S.p.A. hija l-proprjetarja tagħha għall-prodotti u servizzi kollha fil-klassijiet 7 u 41;
u konsegwentement:
—
tiċħad it-talba għal revoka, li tinsab fl-Artikolu 51 tar-Regolament Nru 207/2009, tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Parilla” Nru 3065182, li IAME S.p.A. hija l-proprjetarja tagħha għall-prodotti u servizzi kollha fil-klassijiet 7 u 41;
—
taħt kull riżerva li sussegwentement tippreżenta argumenti u tipproduċi provi fit-termini previsti;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 51 tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy