14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/50
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2016 – Gamaa Islamya Egypte vs Il-Kunsill
(Kawża T-643/16)
(2016/C 419/66)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Gamaa Islamya Egypte (L-Eġittu) (rappreżentanti: L. Glock, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1136, tat-12 ta’ Lulju 2016, li taġġorna l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/2430 (ĠU L 188, 13.7.2016, p. 21) sa fejn tikkonċerna lil Gamaa Islamya Égypte;
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1127, tat-12 ta’ Lulju 2016, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjon (UE) 2015/2425 (ĠU L 188, 13.7.2016, p. 1) sa fejn jikkonċerna lil Gamaa Islamya Égypte;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 1(5) tal-Pożizzjoni Komuni tal-kunsill, tas-27 ta’ Diċembru 2001, dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (2001/931/PESK; ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 217;) iktar ’il quddiem il-“Pożizzjoni Komuni 2001/931”).
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq żbalji li l-Kunsill wettaq fuq il-materjalità tal-fatti kkontestati.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-iżball ta’ evalwazzjoni tal-Kunsill fuq in-natura tal-“grupp terrorist” tar-rikorrenti.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931.
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
7.
Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva.
8.
It-tmien motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ awtentikazzjoni tal-espożizzjoni tal-motivi.