31.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/55
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2016 – Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank vs SRB
(Kawża T-645/16)
(2016/C 402/65)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG (Bregenz, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Eisenberger, avukat)
Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, apparentement tal-15 ta’ April 2016, tal-inqas sa fejn din id-deċiżjoni tirrigwarda lir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur flagranti tal-forom proċedurali sostanzjali minħabba nuqqas ta’ notifikazzjoni (sħiħa) tad-deċiżjoni kkontestata.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur flagranti tal-forom proċedurali sostanzjali minħabba motivazzjoni inadegwata għad-deċiżjoni kkontestata.