14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/51
Appell ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2016 minn Erik Simpson mid-digriet mogħti fil-24 ta’ Ġunju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-142/11 RENV, Simpson vs Il-Kunsill
(Kawża T-646/16 P)
(2016/C 419/67)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Erik Simpson (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
—
tannulla d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea (“TSP”), tal-24 ta’ Ġunju 2016, fil-Kawża 142/11 RENV Erik Simpson vs Il-Kunsill, sa fejn jiċħad l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tad-9 ta’ Diċembru 2010 u jiddikjara li r-rikorrent għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk tal-Kunsill;
—
tibgħat il-kawża lura lill-Imħallef tal-Ewwel Istanza, jekk hemm bżonn; u
—
tikkundanna l-Kunsill għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.
1.
L-ewwel aggravju bbażat fuq il-fatt li, fir-rigward tal-obbligu li jgħid il-motivi it-TSP wettaq żball ta’ liġi, kiser il-liġi Ewropea, ma pprovdiex id-digriet bil-motivi preskritti u żnatura l-provi.
2.
It-tieni aggravju bbażat fuq il-fatt li, fir-rigward tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-iżball manifest tal-evalwazzjoni, l-appellant jallega li t-TSP żnatura l-provi, wettaq żbal ta’ liġi, kiser il-liġi Ewropea u ma pprovdiex id-digriet ikkontestat b’motivazzjoni suffiċjenti.
Full & Egal Universal Law Academy