31.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/56
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2016 – Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Zaharieva (BOBO cornet)
(Kawża T-648/16)
(2016/C 402/66)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret AŞ (Şehitkamil Gaziantep, it-Turkija) (rappreżentant: T. Tsenova, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elka Zaharieva (Plovdiv, il-Bulgarija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “BOBO cornet” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 299 343
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 906/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikoli 75 u 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy