31.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/58
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2016 – LG Electronics vs EUIPO (QD)
(Kawża T-650/16)
(2016/C 402/68)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seoul, il-Korea t’Isfel) (rappreżentant: R. Schiffer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “QD” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 633 516
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 2046/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.