21.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 428/19
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2016 – Foshan Lihua Ceramic vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-654/16)
(2016/C 428/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Foshan Lihua Ceramic Co. Ltd (Foshan City, iċ-Ċina) (rappreżentanti: B. Spinoit u D. Philippe, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 2136, tal-11 ta’ Lulju 2016, li tiċħad talba għal reviżjoni interim parzjali limitata għal aspetti ta’ dumping fir-rigward tal-miżuri antidumping definittivi imposti fuq l-importazzjoni ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina permezz tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed biss ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 17(3) ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 11(3) u mal-Artikolu 11(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1).
(1) ĠU 2009, L 34, p. 51.
Full & Egal Universal Law Academy