7.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 410/24
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2016 – Márquez Alentà vs EUIPO – Fiesta Hotels & Resorts (Rappreżentazzjoni ta’ nemla)
(Kawża T-657/16)
(2016/C 410/34)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Marc Márquez Alentà (Cervera, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fiesta Hotels & Resorts, SL (Ibiza, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ nemla) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 715 661
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30/06/2016 fil-Każ R 1242/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tilqa’ parzjalment ir-rikors R 1242/2015-1 u l-oppożizzjoni għal ċerti prodotti mitluba fil-klassi 16 u servizzi fil-klassi 35;
—
konsegwentement tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u, għaldaqstant, tilqa’ l-applikazzjoni għat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni t għall-prodotti u s-servizzi li għalihom saret applikazzjoni fil-klassijiet 16, 35, 41 u 43;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedimenti, skont l-Artikolu 87(2) tar-Regolament Nru 207/2009.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009.