28.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 441/19
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2016 – Gall Pharma vs EUIPO – Pfizer (Styriagra)
(Kawża T-662/16)
(2016/C 441/24)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Gall Pharma GmbH (Judenburg, l-Awstrija) (rappreżentanti: D. Reichelt u L. Figura, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pfizer Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Styriagra” – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 161 469
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 724/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-oppożizzjoni Numru 002286568 kontra t-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 000233890;
—
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy