6.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 70/22
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2016 – PJ vs EUIPO – Erdmann & Rossi (Erdmann & Rossi)
(Kawża T-664/16)
(2017/C 070/31)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: PJ (rappreżentant: B. Schürmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Erdmann & Rossi GmbH (Berlin, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Erdmann & Rossi” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 310 481
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 1670/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ din il-kawża u tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikoli 52, 56, 63, 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tar-Regoli 50, 55 u 94 tar-Regolament Nru 2868/95;
—
Ksur tal-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 216/96;
—
Ksur tal-Artikolu 6 tal-KEDB;
—
Ksur tal-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.