31.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/61
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2016 – C vs EUIPO (€$)
(Kawża T-665/16)
(2016/C 402/72)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: C sp. z o.o. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Skrzydło-Tefelska, konsulent ġuridiku, u K. Gajek, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi s-simboli “€” u “$” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 839 998
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 2086/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.