14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/52
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2016 – Villeneuve vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-671/16)
(2016/C 419/69)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Vincent Villeneuve (Montpellier, Franza) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla ta’ kompetizzzjoni ġenerali EPSO/AD/303/15 (AD7) tal-5 ta’ Novembru 2015 li tikkonċerna lir-rikorrent;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-istanza, skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata ma tispjegax ir-raġunijiet għaliex ir-rikorrent ma għandux esperjenza professjonali suffiċjenti fil-qasam tal-kompetizzjoni sabiex il-kandidatura tiegħu tiġi ammessa għall-fażi segwenti tagħha.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-Bord tal-Għażla ta’ kompetizzjoni, sa fejn il-verifika tal-esperjenza professjonali minima fil-qasam tal-kompetizzjoni li l-Bord tal-Għażla huwa mitlub iwettaq fl-ewwel lok ma tistax tirrigwarda l-adegwatezza tiegħu fir-rigward tal-pożizzjoni li għandha timtela u l-kriterji ta’ selezzjoni stabbiliti f’dan il-kuntest, peress li l-fażi tal-kontroll tal-kundizzjonijiet għall-ammissjoni sseħħ matul fażijiet suċċessivi tal-kompetizzjoni.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 27 u 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Artikolu 5 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll tal-punti 2.3 u 2.4 tad-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali, bħal difetti proċedurali u żball manifest ta’ evalwazzjoni konsegwenti.
4.
Ir-raba motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn kandidati fir-rigward tas-selezzjoni bbażata fuq titoli.
Full & Egal Universal Law Academy