14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/53
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2016 – Seigneur vs BĊE
(Kawża T-674/16)
(2016/C 419/70)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Olivier Seigneur (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Vandenbussche u L. Levi, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;
Konsegwentement:
—
tannulla d-deċiżjoni taċ-Chief Service Officer (CSO), adottata fid-29 ta’ Frar 2016 fuq delega tal-Bord Eżekuttiv u kkomunikata lill-persunal fil-11 ta’ Marzu 2016, li teskludi lir-rikorrent mill-eżerċizzju ta’ żidiet supplimentari fis-salarju (ŻSS) għall-2016;
—
tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tar-rikors speċjali tal-5 ta’ Lulju 2016 u rċevuta fit-13 ta’ Lulju 2016;
—
tordna l-ħlas ta’ kumpens għad-dannu materjali tar-rikorrent li jikkonsisti fit-telf ta’ opportunità ta’ ksib ta’ ŻSS fl-2016 stmat li huwa EUR 52 920;
—
tordna l-ħlas ta’ kumpens għad-dannu morali tar-rikorrent stmat ex aequo et bono li huma EUR 15 000;
—
tordna li l-konvenuta tbati l-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, tal-Artikoli 12 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 51 tal-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-persunal tal-BĊE, tad-dritt għall-karriera u l-promozzjoni, kif ukoll tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza taċ-Chief Service Officer sabiex jiddeċiedi li ma jsegwix il-proċedura stabbilita miċ-ċirkolari amministrattiva Nru 1/2011, tal-14 ta’ Frar 2011, dwar żidiet addizzjonali fis-salarji, fir-rigward tar-rikorrent.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ konsultazzjoni mal-kumitat tal-persunal.
Full & Egal Universal Law Academy