7.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 410/29
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2016 – Wirecard/EUIPO (mycard2go)
(Kawża T-676/16)
(2016/C 410/40)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Wirecard AG (Aschheim, il-Ġermaniż) (rappreżentant: A. Bayer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “mycard2go” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 303 457
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 280/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-kawża quddiem il-konvenut sabiex titkompla l-proċedura ta’ reġistrazzjoni fir-rigward ta’ UM 014303457;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk esposti fl-ambitu tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.