28.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 441/23
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2016 – Henkel Electronic Materials (Il-Belġju) vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-681/16)
(2016/C 441/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Henkel Electronic Materials (Il-Belġju) (Westerlo, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Reypens, C. Docclo u T. Verstraeten, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tgħaqqad flimkien il-kawża odjerna mal-Kawża T-131/16 minħabba r-rabta li teżisti bejn dawn iż-żewġ kawżi, għall-finijiet tal-proċedura orali u għal dawk tas-sentenza;
—
tirċievi u tilqa’ l-motivi għall-annullament invokati f’dan ir-rikors;
—
tannulla l-Artikoli 1 u 2 tad-deċiżjoni kkontestata (1);
—
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata safejn dan ma jipprovdi għal ebda miżura tranżitorja;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-identifikazzjoni ta’ atti legali li jikkostitwixxu l-allegata għajnuna mill-Istat u fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament Nru 2015/1589 (2).
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball ta’ fatt fid-deskrizzjoni tas-sistema ta’ riferiment, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-analiżi tal-imsemmija sistema ta’ riferiment, u fuq żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-Artikolu 1(a) tar-Regolament Nru 2015/1589.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-vantaġġ ekonomiku u fuq żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-Artikolu 1(a) tar-Regolament Nru 2015/1589.
4.
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tas-selettività rikjesta sabiex l-iskema kontenzjuża tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, u tal-Artikolu 1(a) tar-Regolament Nru 2015/1589, kif ukoll fuq żball ta’ evalwazzjoni fl-analiżi tal-mekkaniżmi tal-iskema kontenzjuża.
5.
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni fl-analiżi tal-ġustifikazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-iskema kontenzjuża.
6.
Is-sitt motiv huwa bbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni fl-eżami tal-allegat vantaġġ derivanti mill-iskema kontenzjuża u fuq nuqqas ta’ preċiżjoni fl-eżami tal-iskema kontenzjuża.
7.
Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-aspettattivi leġittimi tal-persuni taxxabbli u taċ-ċertezza legali.
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1699, tal-11 ta’ Jannar 2016, dwar l-iskema ta’ għajnuna li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju [notifikata bid-dokument numru C(2015) 9837] (ĠU L 260, p. 61).
(2) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589, tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, p. 9).