7.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 410/29
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2016 – KUKA Systems vs EUIPO (MATRIX BODY SHOP)
(Kawża T-683/16)
(2016/C 410/41)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: KUKA Systems GmbH (Augsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Maneth u C. Huch-Hallwachs, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MATRIX BODY SHOP” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 182 661
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 2503/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.