7.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 410/30
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2016 – Jiménez Gasalla vs EUIPO (B2B SOLUTIONS)
(Kawża T-685/16)
(2016/C 410/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Carlos Javier Jiménez Gasalla (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Estella Garbayo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “B2B SOLUTIONS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 016 224
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-22/07/2016, fil-Każ R 244/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Lulju 2016;
—
tannulla d-deċiżjoni tat-9 ta’ Diċembru 2015 mogħtija fl-ewwel istanza mill-EUIPO li permezz tagħha ntlaqa’ r-rifjut totali tat-trade mark taz’ riferiment;
—
temenda d-deċiżjonijiet preċedenti billi tilqa’ kompletament l-applikazzjoni għal trade mark tar-rikorrent;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u għal dawk tal-appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.