21.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 428/19
Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2016 minn Daniele Possanzini mid-digriet mogħti fit-18 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-68/15, Possanzini vs Frontex
(Kawża T-686/16 P)
(2016/C 428/22)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Daniele Possanzini (Pisa, l-Italja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Agenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Lulju 2016 li jiċħad ir-rikors tiegħu;
—
tilqa’ t-talbiet ippreżentati fl-ewwel istanza;
—
tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedura għall-ispejjeż kollha.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.
1.
L-ewwel aggravju, maqsum f’żewġ partijiet, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 11(4), (5) u (6) tad-deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv tal-Agenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (“Frontex”) tas-27 ta’ Awwissu 2009 li tistabbilixxi l-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-persunal (“deċiżjoni tas-27 ta’ Awwissu 2009”), interpretat fid-dawl tal-Artikolu 41(1) u (2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
—
L-ewwel parti, ibbażata fuq żball ta’ liġi mwettaq mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku meta ma eżaminax il-motiv, invokat mir-rikorrent fl-ewwel istanza, dwar l-assenza ta’ djalogu minn qabel bejn il-validatur u l-evalwatur.
—
It-tieni parti, ibbażata fuq żball ta’ liġi li bih huwa vvizzjat id-digriet appellat billi ma ġietx eżaminata ex officio l-azzenza ta’ djalogu minn qabel bejn il-validatur u l-evalwatur.
2.
It-tieni aggravju, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 2(2) tad-deċiżjoni tas-27 ta’ Awwissu 2009 billi ma tteħditx inkunsiderazzjoni d-distinzjoni tar-rwoli bejn l-evalwatur u l-validatur hekk kif stabbilita fi ħdan Frontex.
Full & Egal Universal Law Academy