7.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 410/31
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2016 – Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Nadal Esteban (STYLO & KOTON)
(Kawża T-687/16)
(2016/C 410/44)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AŞ (Istanbul, Turkija) (rappreżentanti: J. Güell Serra u E. Stoyanov Edissonov, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Joaquín Nadal Esteban (Alcobendas, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “STYLO & KOTON” – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 917 436
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-14 ta’ Ġunju 2016, fil-Każ R 1779/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tordna li t-trade mark inkwistjoni tiġi ddikjarata invalida mill-EUIPO;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.