7.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 410/32
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2016 – Janssen-Cases vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-688/16)
(2016/C 410/45)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Mercedes Janssen-Cases (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. N. Louis u N. De Montigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ġunju 2016 li l-kariga ta’ Medjatur tal-Kummissjoni timtela bin-nomina ta’ kandidat ieħor u dawk li jiċħdu l-kandidatura tar-rikorrenti għal din il-kariga;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas lir-rikorrenti tal-ammont ta’ mitt elf ewro bħala kumpens għad-danni materjali u morali subiti;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
1.
L-ewwel motiv huwa ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 6(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002)601, dwar is-servizz ta’ medjazzjoni msaħħa, safejn id-deċiżjonijiet ikkontestati ġew adottati mill-Kummissjoni meta dawn jaqgħu taħt il-kompetenza ewlenija tal-President tagħha li għandu jiddeċiedi fuq proposta tad-direttur ġenerali tad-dipartiment tar-riżorsi umani u tas-sigurtà, wara li jkun kiseb il-parir tal-kumitat tal-persunal.
2.
It-tieni motiv huwa ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 27 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li jistabbilixxi d-dritt għall-informazzjoni u għall-konsultazzjoni tal-ħaddiema, f’dan il-każ id-dritt għall-konsultazzjoni effettiva tal-kumitat tal-persunal tal-Kummissjoni.
3.
It-tielet motiv huwa ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter imwettaq mill-Kummissjoni fil-proċeduri implementati sabiex timtela l-kariga ta’ Medjatur tal-Kummissjoni.
4.
Ir-raba’ motiv huwa ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, il-ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ proporzjonalità u ta’ amministrazzjoni tajba.