28.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 441/26
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2016 – Elevolution-Engenharia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-691/16)
(2016/C 441/30)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Elevolution-Engenharia SA (Amadora, il-Portugall) (rappreżentanti: A. Pinto Cardoso u L. Fuzeta da Ponte, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tilqa’ r-rikors fl-intier tiegħu u għaldaqstant tannulla d-deċiżjonijiet tal-konvenuta li jinkludu n-noti ta’ debitu reċevuti mir-rikorrenti permezz ta’ ittra tat-3 ta’ Awwissu 2016;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-ispejjeż tar-rikorrenti, liema spejjeż għad iridu jiġu kkwantifikati.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza. Il-konvenuta hija nieqsa minn kompetenza u minn setgħat sabiex tadotta l-atti li tagħhom qed jintalab l-annullament.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-forom sostanzjali. In-noti kkontestati huma impliċitament jew taċitament immotivati, huma ppreżentati b’mod mhux ċar u ma humiex koerenti mad-dritt tal-Unjoni Ewropea.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tat-Trattat u tar-regoli relatati mal-applikazzjoni tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy