28.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 441/27
Appell ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2016 minn HG mis-sentenza mogħtija fid-19 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-149/15, HG vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-693/16 P)
(2016/C 441/32)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: HG (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża F-149/15;
—
bħala konsegwenza, tilqa’ t-talbiet tal-appellanti fl-ewwel istanza u għaldaqstant,
—
tannulla d-Deċiżjoni CMS 13-005 tal-Awtorità tal-Ħatra Tripartitika sa fejn din tipprevedi s-sospensjoni ta’ avvanz fl-iskala għal perijodu ta’ 18-il xahar u l-kumpens għal dannu stabbilit permezz tad-deċiżjoni għal EUR 108 596,35
—
sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent
—
sussidjarjament, tnaqqas is-sanzjoni finanzjarja li tinsab fid-Deċiżjoni CMS 13-005
—
tikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa d-dannu morali u għar-reputazzjoni subit mir-rikorrent stmat għal EUR 20 000
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha;
—
tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.
1.
L-ewwel aggravju dwar ir-responsabbiltà finanzjarja tal-appellanti, huwa ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) ma ddeċidiex fuq wieħed mill-ilmenti tal-appellanti, dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Barra minn hekk, huwa wettaq diversi żbalji ta’ liġi u żnatura l-provi tal-proċess.
2.
It-tieni aggravju huwa bbażat fuq difetti ta’ proċedura ta’ atti preparatorji għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u tal-ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti, kif ukoll tal-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u ta’ żbalji ta’ liġi li wettaq it-TSP.
3.
It-tielet aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-Kummissjoni u mit-TSP.
4.
Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi u ta’ fatt li t-TSP wettaq fir-rigward tal-ewwel ilment sostnut kontra l-appellanti. Barra minn hekk, it-TSP kiser l-obbligu tiegħu ta’ motivazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy