12.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/26
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2016 – La Patrouille vs EUIPO – Alpha Industries (Rappreżentazzjoni ta’ figura b’anġli)
(Kawża T-709/16)
(2016/C 462/34)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: La Patrouille (Pantin, Franza) (rappreżentant: A. Lakits-Josse, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alpha Industries, Inc. (Chantilly, Virginia, l-Istati Uniti tal-Amerka)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni figurattiva – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 778 727
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 2332/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn “annullat id-deċiżjoni kkontestata u ċaħdet l-oppożizzjoni sa fejn tikkonċerna r-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata għall-prodotti li ġejjin ‘basktijiet tal-iskola, satchels; fil-klassi 18’ u”ċaħdet il-bqija tar-rikors”, u tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark mitluba għall-prodotti kollha;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni;
—
Sabiex iddeċieda li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni, il-Bord tal-Appell essenzjalment ibbaża ruħu fuq allegat xebh intellettwali mata dan ma huwiex impost immedjatament fuq il-konsumatur.