12.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/27
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2016 – La Patrouille vs EUIPO – Alpha Industries (AEROBATIX)
(Kawża T-710/16)
(2016/C 462/35)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: La Patrouille (Pantin, Franza) (rappreżentant: A. Lakits-Josse, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alpha Industries, Inc. (Chantilly, Virginia, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “AEROBATIX” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 285 952
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 2344/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ċaħdet it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għall-prodotti “lbies, żraben, kpiepel” u tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal dawn il-prodotti;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni;
—
Sabiex iddeċieda li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni l-Bord tal-Appell essenzjalment ibbaża ruħu fuq allegat xebħ intelletwali minkejja li dan ix-xebħ ma kienx immedjatament evidenti għall-konsumatur;
—
Il-Bord tal-Appell injora l-importanza tal-element verbali AEROBATIX li kkunsidrat flimkien mal-element figurattiv huwa suffiċjenti sabiex tiġi evitata kull probabbiltà ta’ konfużjoni.