12.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/28
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2016 – Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-712/16)
(2016/C 462/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Lufthansa AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Völcker, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla, totalment jew parzjalment, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 4964 finali, tal-25 ta’ Lulju 2016, fil-Każ Nru M.3770 – Lufthansa/Swiss – Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-talba ta’ Lufthansa għal rinunzja parzjali tal-impenji li jirrigwardaw ir-rotot Zurich-Stokkolma u Zurich-Varsavja;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni għandha tiġi annullata minħabba li hija vvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni u li għalhekk tikser il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi billi tirrifjuta li tirrevedi u/jew tirrinunzja ċerti impenji imposti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Lulju 2005, fil-Każ Nru COMP/M.3770 – Lufthansa/Swiss.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni għandha tiġi annullata minħabba li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba billi naqset milli tivverifika b’attenzjoni u imparzjalità l-elementi kollha tal-każ.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni għandha tiġi annullata minħabba li l-Kummissjoni wettqet abbuż ta’ poter billi evitat il-proċedura amministrattiva taħt ir-Regolament 1/2003.