12.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/29
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2016 – Pfizer u Pfizer Santé Familiale vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-716/16)
(2016/C 462/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pfizer Ltd. (Sandwich, ir-Renju Unit), Pfizer Santé Familiale (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: L. Catrain González, avukat, u E. Wright, barrister-at-law)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1140 tat-8 ta’ Lulju 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU 2016 L 189, p. 1);
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, li huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea kisret in-Nomenklatura Magħquda billi naqset li tosserva l-ordni preċiż previst mir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni fil-Kapitolu A tal-Parti I tan-Nomenklatura Magħquda għall-klassifikazzjoni tal-prodotti.
—
Il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi billi applikat ir-Regola Ġenerali 3 fil-klassifikazzjoni ta’ prodott li ma huwiex prima facie klassifikabbli taħt tnejn jew iktar mill-intestaturi tan-Nomenklatura Magħquda; u
—
Il-Kummissjoni wettqet it-tieni żball ta’ liġi billi applikat ir-Regola Ġenerali 3(a), li tagħti prijorità lill-klassifikazzjoni taħt iktar minn intestatura waħda.