28.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 441/32
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2016 – Berliner Stadtwerke vs EUIPO (berlinWärme)
(Kawża T-719/16)
(2016/C 441/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Berliner Stadtwerke (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker u A. Schönfleisch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “berlinWärme” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 062 558
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-19 ta’ Lulju 2016, fil-Każ R 618/2016-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy