12.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/31
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2016 – Mapei vs EUIPO – Steenfabrieken Vandersanden (zerø)
(Kawża T-722/16)
(2016/C 462/40)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Mapei SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentant: F. Caricato, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Steenfabrieken Vandersanden NV (Bilzen, il-Belġju)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “zerø” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 031 612
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 2371/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u konsegwentement tirreġistra t-trade mark Nru 13 031 612 għall-prodotti kollha li għalihom intalbet ir-reġistrazzjoni bla ħsara għal dawk li fir-rigward tagħhom saret ir-reġistrazzjoni jew, sussidjarjament terġa’ tibgħat il-kawża quddiem l-EUIPO sabiex dan ibiddel id-deċiżjoni tiegħu u jawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark konformement mad-deċiżjoni ta’ din il-qorti;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 207/2009.