12.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/34
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2016 – Repower vs EUIPO – repowermap (REPOWER)
(Kawża T-727/16)
(2016/C 462/44)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Repower AG (Brusio, l-Isvizzera) (rappreżentanti: R. Kunz-Hallstein u H. Kunz-Hallstein, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: (Bern, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea “REPOWER” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 020 351 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Awwissu 2016 fil-Każ R 2311/2014-5 (REV)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 80 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.