19.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 475/18
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2016 – Tuerck vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-728/16)
(2016/C 475/28)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Sabine Tuerck (Woluwe-Saint-Pierre, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tiddikjara u tiddeċiedi li,
—
id-deċiżjoni tal-10 ta’ Diċembru 2015 li tikkonferma t-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti, hija annullata;
—
il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 7(1) tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (DĠI) tal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni, tat-3 ta’ Marzu 2011. Dan il-ksur twettaq mill-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) waqt il-kalkolu tat-tnaqqis tal-ammont li jirrappreżenta l-apprezzament tal-kapital bejn id-data tal-applikazzjoni għat-trasferiment u d-data attwali tat-trasferiment.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal sa fejn l-AIPN ħadet inkunsiderazzjoni l-promozzjoni tagħha b’effett retroattiv sabiex tiddetermina s-salarju bażiku fid-data tal-applikazzjoni għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni.