19.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 475/20
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2016 – CX vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-735/16)
(2016/C 475/30)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CX (Bordeaux, Franza) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropa
Talbiet
—
tiddikjara r-rikors tiegħu ammissibbli u fondat;
—
konsegwentement,
—
tannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Diċembru 2015, bir-referenza Ares(2015)5952489 sa fejn timponi fuq ir-rikorrent tnaqqis fir-remunerazzjoni tiegħu;
—
tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Lulju 2016, bir-referenza HR.E.2/CB/sa/Ares(2016), innotifikata dakinhar stess, li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra tiċħad il-parti tal-ilment tar-rikorrent, li huwa kien ressaq fis-17 ta’ Marzu 2016 bir-referenza R/170/16, li tirrigwarda d-deċiżjoni ta’ tnaqqis tar-remunerazzjoni tiegħu;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tas-somom miżmuma indebitament, flimkien mal-penalitajiet u mal-interessi legali;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha, skont l-Artikolu 87(1) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tar-Regolamenti tal-Persunal, b’mod partikolari l-Artikolu 24(1) tal-Anness IX tal-imsemmija regolamenti, li allegatament twettaq mill-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni billi fid-deċiżjoni tagħha ma ffissatx l-ammont li kellha l-intenzjoni li żżomm mir-remunerazzjoni tar-rikorrent.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-motivi nfushom ta’ dan it-tnaqqis mir-remunerazzjoni, ksur li jifforma l-bażi ta’ inugwaljanza fit-trattament għad-detriment tar-rikorrent.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ proċedura u ta’ poter, fuq abbuż u fuq eċċess ta’ poter, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata allegatament tikkostitwixxi sanzjoni dixxiplinari moħbija.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ terminu raġonevoli, ta’ bona fides u ta’ amministrazzjoni tajba, sa fejn il-fatti allegati mill-konvenuta fil-konfront tar-rikorrent allegatament imorru lura għas-snin 2001 u 2003, jiġifieri għal 14 u 12-il sena qabel id-deċiżjoni kkontestata.