19.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 475/21
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ottubru 2016 – Amira et vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE
(Kawża T-736/16)
(2016/C 475/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Maria Amira (Ateni, il-Greċja) u 15-il rikorrent ieħor (rappreżentanti: S. Pappas u I. Ioannidis, avukati)
Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew, Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tordna lill-Unjoni Ewropea u/jew lis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) jikkumpensaw l-ammonti deskritti fir-rikors li jikkorrispondu għall-ħsara li r-rikorrenti sofrew minħabba l-parteċipazzjoni illegali tagħhom fir-ristrutturar tad-dejn pubbliku Grieg, minħabba l-attivazzjoni retroattiva tal-Klawżoli ta’ Azzjoni Kollettiva;
—
alternattivament, tordna lill-Unjoni u/jew lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jikkumpensaw lir-rikorrenti għall-ammonti deskritti fir-rikors li jikkorrispondu għad-dannu soffert minħabba l-esklużjoni illegali tal-kredituri tas-settur pubbliku Grieg mir-ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg;
—
f’kull każ, tordna lill-BĊE jikkumpensa lir-rikorrenti għad-danni deskritti fir-rikors għal kull rikorrent b’riżultat tal-esklużjoni illegali tas-SEBĊ mir-ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg;
—
tordna lill-BĊE u/jew lill-Unjoni jbatu l-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-azzjonijiet tal-Unjoni u/jew tal-BĊE u tas-SEBĊ ittieħdu ultra vires u bi ksur tal-Artikoli 120-126, 127 u 352(1) TFUE.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-azzjonijiet tal-BĊE u tas-SEBĊ b’mod partikolari dwar l-esklużjoni tas-SEBĊ mir-ristrutturar jiksru l-Artikolu 123 TFUE.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-azzjonijiet tal-Unjoni u/jew tal-BĊE u tas-SEBĊ jiksru d-dritt tal-proprjetà tar-rikorrenti stabbilit mill-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-azzjonijiet tal-Unjoni u/jew tal-BĊE u tas-SEBĊ jiksru l-moviment liberu tal-kapital stabbilit mill-Artikolu 63 TFUE.
5.
Il-Ħames motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-azzjonijiet tal-Unjoni u/jew tal-BĊE u tas-SEBĊ jiksru d-dritt għal trattament ugwali tar-rikorrenti stabbilit mill-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.