12.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/37
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2016 – Akant Monika i Zbigniew Harasym vs EUIPO – Hunter Douglas Holding (COSIMO)
(Kawża T-739/16)
(2016/C 462/48)
Lingwa tar-rikors: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Akant Monika i Zbigniew Harasym sp. j. (Koszalin, il-Polonja) (rappreżentant: M. Krekora, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hunter Douglas Holding GmbH & Co.KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “COSIMO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 130 324
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Bord tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Awwissu 2016 fil-Każ R 2364/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad ir-rikors ippreżentat mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż ta’ din il-kawża u tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009.