19.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 475/21
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2016 – Stips vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-740/16)
(2016/C 475/32)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Adolf Stips (Besozzo, l-Italja) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-kumpens sħiħ tad-dannu subit mir-rikorrent minħabba d-dewmien osservat fl-organizzazzjoni tal-proċedura ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid 2013;
—
fi kwalunkwe każ, tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed ibbażat fuq id-dannu subit minnu u li huwa esklużivament attribwibbli għan-nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni fid-dmir tagħha ta’ amministrazzjoni tajba, stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Ir-rikorrent isostni, fl-ewwel lok, li l-lista ta’ membri tal-persunal ikklassifikati mill-ġdid ma ġietx adottata mill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli, jiġifieri qabel il-31 ta’ Diċembru 2013. Huwa jżid, fit-tieni lok, li d-dannu materjali li huwa allegatament ġarrab huwa reali u kwantifikabbli u, fit-tielet lok, li teżisti rabta kawżali bejn in-nuqqas amministrattiv tal-Kummissjoni u d-dannu subit.