23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/38
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2016 – QH vs Il-Parlament
(Kawża T-748/16)
(2017/C 022/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: QH (Woluwé Saint Pierre, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Lhoëst u S. Michiels, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tas-26 ta’ Jannar 2016 li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal assistenza u, konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Lulju 2016 li tiċħad l-ilment tiegħu, u tagħti lir-rikorrent kumpens għad-dannu li huwa allegatament ġarrab;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq kunflitt ta’ interessi, ksur tad-drittijiet tad-difiża, ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju, ksur tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet u ksur tal-Artikoli 41(2) u 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fil-ħatra tal-investigatur, nuqqas ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità tal-investigatur u ksur mill-investigatur tal-mandat tiegħu.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni ta’ deċiżjoni li tagħlaq investigazzjoni amministrattiva.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ premura.
5.
Il-ħames motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-motivi li jikkaratterizzaw il-fastidju psikoloġiku.
Full & Egal Universal Law Academy