16.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 14/40
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2016 – Oakley vs EUIPO – Xuebo Ye (Rappreżentazzjoni ta’ siluwett fil-forma ta’ ellissi)
(Kawża T-754/16)
(2017/C 014/49)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Oakley, Inc. (Foothill Ranch, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: E. Ochoa Santamaría u V. Rodríguez Pombo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Xuebo Ye (Wenzhou, iċ-Ċina)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ siluwett fil-forma ta’ ellissi) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 088 191
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Awwissu 2015 fil-Każ R 2608/2015-4
Talbiet
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli bid-dokumenti kollha tiegħu u bil-kopji korripondenti tiegħu;
—
taċċetta l-offerta ta’ provi proposti;
—
tilqa’ r-rikors, billi tannulla u tħalli mingħajr effett id-deċiżjoni kkontestata kif ukoll tiddikjara r-rifjut tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 088 191 skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(1)(b) u (5);
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy