19.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 475/23
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2016 – La Rocca vs EUIPO (Take your time Pay After)
(Kawża T-755/16)
(2016/C 475/34)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Alessandro La Rocca (Anzio, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani, J. Graffer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Take your time Pay After” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 369 031
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Awwissu 2016 fil-Każ R 406/2016-1
Talbiet
—
tikkonstata l-ksur u l-applikazzjoni inkorretta tal-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja;
—
tikkonstata l-ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u, għall-effetti;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, fil-Każ R 406/2016-1, mogħtija fl-4 ta’ Awwissu 2016 u nnotifikata fil-31 ta’ Awwissu 2016;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.