9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/46
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2016 – Basil vs EUIPO – Artex (Fahrradkörbe)
(Kawża T-760/16)
(2017/C 006/57)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Basil BV (Silvolde, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: N. Weber u J. von der Thüsen, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Artex SpA (Zeno di Cassola, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrent
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn tal-Unjoni Nru 142 245-0001
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 535/2015-3
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun xieraq, lill-parti l-oħra għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 52(3) tar-Regolament Nru 6/2002;
—
Ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 6/2002, ksur tal-prinċipju tal-oneru tal-prova u ksur tal-prinċipju ta’ raġunament loġiku fil-kuntest tal-eżami tal-provi;
—
Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002.